Navigate Up
Sign In



IR-RIABILITAZZJONI TAL-BINI TAL-ARKIVJI NUTARILI U L-KOLLEZZJONI STORIKA TA’ VOLUMI 
 
Matul Novembru 2016 l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern flimkien mal-Ministeru tal-Ġustizzju, Kultura u Gvern Lokali iffirmaw ftehim preliminari wara li ġiet aċċettata l-applikazzjoni tal-Arkivji Nutarili sabiex jinkisbu fondi taħt il-Fondi Reġjonali Ewropej 2014-2020, liema fondi jiffokaw fuq ir-riabilitazzjoni tal-Arkivju Nutarili ġewwa Triq San Kristofru, il-Belt u d-dokumenti li jinsabu fih. Matul l-2016 il-Gvern alloka l-bini li jmiss miegħu li jinsab fi Triq San Pawl, li se jiġi mgħaqqad mal-Arkivju preżenti u se jkun jifforma parti minn dan il-proġett ERDF  ta’ 5 miljuni. Read more...