Navigate Up
Sign In

Termini tal-Mandati

 Avviz Importanti
*Tip ta' Prokuri:
Ġenerali                              - Revoka tal-prokuri ġenerali kollha li jkunu ngħataw lil persuni.
Speċjali                               - Revoka tal-prokuri speċjali kollha li jkunu ngħataw lil persuni dwar proprjetà immobbli biss.  
Ġenerali u Speċjali (Ġ&S) - Revoka tal-prokuri ġenerali u speċjali kollha.
 *Parametri ta' Tiftix: Kemm "Surname (Kunjom)" kif ukoll "ID Card/Passport (Karta tal-Identità / Passaport)" huma bilfors meħtieġa sabiex wieħed iwettaq tiftix b'suċċess. Kwalunkwe ċifra '0' quddiem in-numru tal-Karta tal-Identita' għandha tiġi eliminata.

____________________________________________________________ 

​​
Surname: 
ID Card/Passport: 
   
There are no items to show in this view.



Search Report for as at 21/07/2019 08:36:53


 

X’inhi d-differenza bejn prokura (POA) ġenerali u prokura speċjali?
 
Prokura ġenerali tagħti jeddijiet mifruxa lill-mandatarju. Il-mandatarju jkun jista’ jieħu deċiżjonijiet mediċi, jagħmel għażliet legali u jieħu deċiżjonijiet finanzjarji u ta’ negozju. Prokura speċjali tillimita l-għażliet u deċiżjonijiet li jista’ jieħu l-mandatarju. Pereżempju, il-mandant jista’ sempliċiment jagħti awtorizzazzjoni sabiex tinbiegħ proprjeta` partikulari.  Din il-prokura speċjali tkun marbuta mat-trasferiment ta’ proprjeta` immobbli biss – minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala ‘Speċifika’. F’dan il-każ wieħed irid jipprovdi kopja tal-prokura speċjali li qiegħda tiġi mitmuma.
Għaldaqstant, jista’ jkollok għadd ta’ prokuri speċjali differenti, b’awtorizzazzjonijiet speċifiċi differenti u b’mandatarji differenti għal kull waħda. Wieħed jista’ għalhekk jittermina l-prokuri speċjali kollha li jirrigwardaw proprjeta` immobbli – minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala ‘Speċifiċi – Kollha’.


 
Uffiċju tan-Nutara tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt