Navigate Up
Sign In


 
Uffiċju tan-Nutara tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt

Borża ta’ Studju

Boroż ta 'studju għall-grad ta' masters fil-Medju Evu u l-perjodu modern bikri (palaeografija)
 
Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali jgħarraf lill-pubbliku li tnediet sejħa għall-borża ta’ studju li twassal għal Master Degree fiż-Żminijiet tan-Nofs u l-Perjodu Modern Bikri (Paleografija). Din l-iskema qed tkun iffinanzjata mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u Arkivji Nutarili

Għall-iskop ta’ din is-sejħa, jistgħu japplikaw dawk li jkunu uffiċjalment aċċettati biex isegwu programm ta’ studju fuq bażi full-time fil-livell MQF 7 għat-terminu ta’ sena, f’istituzzjoni uffiċċjalment rikonoxxuta u akkreditata. Ir-regolamenti u l-applikazzjoni marbuta ma’ din l-iskema huma aċċessibbli minn fuq is-sit eletroniku  www.ntg.gov.mt

L-applikazzjonijiet għal din l-iskema jagħlqu nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ġunju 2019, f’nofsinhar (ħin lokali). L-applikazzjonijiet għandhom ikollhom il-Unconditional Letter of Acceptance (ULA) maħruġa mill-istituzzjoni uffiċċjalment rikonoxxuta li tkun aċċettat lill-applikant.

F’każ ta’ diffikultà, wieħed jista’ jċempel 22479820/3 għal aktar tagħrif jew jibgħat email lill-indirizz elettroniku  notarial.archives@gov.mt.

Regolamenti għal boroż ta' Studju​

 

Formola tal-applikazzjoni
 



Select a date from the calendar.






Tella’ kopja tal-karta tal-identità:*   
Tella’ il-permess tar-residenza:   
Tella’ it-traskrizzjonijiet tal- università:*   
Tella’ l-applikazzjoni ġa mimlija:*   
Tella’ l-ittra ta' aċċettazzjoni:   
Tella’ r-rapport tal-MQRIC:   
Tella’ il-Curriculum Vitae:*   
Tella’ l-O Level tal-Latin:*   
Tella’ prova ta’ sodisfazzjon:*   

GĦANDHOM JIĠU SOTTOMESSI MA’ DIN L-APPLIKAZZJONI:

1.  Kopja tal-karta tal-identità;
2.  Kopja tal-permess tar-residenza (fejn japplika);
3. Kopja tat-traskrizzjonijiet tal-Università (L-applikant għandu jkollu tal-anqas undergraduate degree with honours f’dixxiplina rilevanti mal-umanitajiet);
4.  Kopja tal-applikazzjoni sottomessa lil xi università akkreditata tal-għażla tal-applikant, li tindika l-intenzjoni tal-applikant li jibda l-kors f’Settembru 2019;
5.  L-ittra oriġinali ta’ aċċettazzjoni mill-università (ULA) minn xi università akkreditata tal-għażla tal-applikant (L-applikant għandu jissottometti din l-ittra sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet i.e. sa nofsinhar (ħin lokali) tal-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju 2019);
6.  Kopja tar-rapport tal-evalwazzjoni maħruġ mill-MQRIC (fejn japplika);
7.  Kopja tal-Curriculum Vitae;
8.  Kopja taċ-ċertifikat tal-livell ordinarju fil-Latin (L-applikanti li ser jagħmlu l-eżami fil-livell ordinarju fil-Latin fis-sessjonijiet li ġejjin għandhom jippreżentaw kopja tal-applikazzoni għall-eżami. Jekk jintgħażlu tali kandidati għandhom imbagħad jippreżentaw ir-riżultat finali tal-eżami, pass jew aħjar f’dan is-suġġett);
9.  Prova li l-applikant jissodisfa waħda jew aktar mill-kriterji tal-eleġibiltà (dawn jinkludu il-
permess tar-residenza f’każ ta’ 4.1 (b), (c) u (d); kopja tal-passaport f’każ ta’ ċittadinanza Maltija (4.1 (a)).
 

Data Protection

Dawn id-dettalji personali ser jintużaw minn dan l-uffiċċju biex jitħejja kuntratt pubbliku bejn il-Gvern ta’ Malta u l-part/ijiet imsemmija hawn fuq, li qed jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan. Kull informazzjoni personali provduta hawn fuq hija protetta, u użata skont l-Att għall-Protezzjoni tad-Data, 2001.​