Navigate Up
Sign In

Il-Wegħda Tagħna

Aħna nwegħdu li nagħtuk servizz effiċjenti u b’rispett. Se nassiguraw ruħna li l-istaff ikollu t-taħriġ neċessarju sabiex jiggwidak b’mod soddisfacenti dwar materji legali u jirreferik għand xi ħadd min-Nutara tal-Uffiċċju jekk tinqala’ l-ħtieġa. Nassigurawk li ser tingħata servizz t’ikkuppjar effiċjenti, li l-ordnijiet kollha jiġu mwassla lilek fil-ħin u li l-ambjent tal-Uffiċċju jinżamm nadif u li jilqgħek. F’każijiet verament urġenti nagħmlu mill-aħjar biex naqduk dakinhar stess.

 
 
Servizz ta’ Kwalita`
 
Fi żmien għaxar minuti nagħtuk il-volumi tal-atti nutarili sabiex tarahom. Il-ħlas għall-kopji ordnati jista’ jsir hekk kif tagħmel l-ordni u kull kopja tintbagħatlek bil-posta fi żmien ħamest ijiem.
 
 
Il-feedback tiegħek
 
Napprezzaw l-opinjoni tiegħek dwar is-servizz tagħna. Jekk jogħġbok imla l-formola apposta li tista’ tinġabar mir-reception. Din tgħinna ntejbu l-livell tas-servizz li nagħtu.
 
 
Ilmenti
 
Jekk jidhirlek li m’intix soddisfatt bis-servizz li tingħata, tista’ immedjatament tressaq l-ilment tiegħek għand uffiċċjal anzjan mill-Uffiċċju, li jifli l-każ fil-pront u, jekk jidhirlu li jkun meħtieġ, iressqu quddiem il-Kap tad-Dipartiment.​
 


 
Uffiċju tan-Nutara tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt