Navigate Up
Sign In

Ordna u Ixtri Atti / Testmenti Onlajn

Biex tordna att jew testment, jekk jogħġbok ikklikkja hawn. Għandek tirċievi SMS u email li jkun fihom ir-referenza tal-ordni tiegħek.

L-ordni tiegħek tiġi stampata mill-impjegati tal-Front Office fejn tiġi indiċjata, jiġifieri l-post tal-volum jinstab minn database interna. Il-volum jiġi maqlugħ mill-arkivji u jgħaddi għat-taqsima tat-tfittxija, fejn l-att ordnat jinstab permezz tad-dettalji pprovduti. Huwa importanti li d-dettalji pprovduti jinkludu l-isem tan-Nutar, id-data tal-kuntratt jew it-testment ordnat, u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali bħall-isem u l-kunjom tal-partijiet, it-testaturi, jew l-indirizz tal-proprjetà.

Ladarba jkun misjub l-att jew it-testment, il-volum jgħaddi għat-taqsima tal-iskenjar flimkien mal-ordni. Il-kuntratt jew testment jiġi skenjat permezz ta’ overhead scanners moderni mixtrija apposta biex titnaqqas il-ħsara fuq il-volumi misjuba fl-arkivji. Ladarba jkun ġie skenjat, il-volum jiġi mqiegħed mill-ġdid fil-post oriġinali tiegħu filwaqt li l-ordni tgħaddi għand it-taqsima tal-ikkatalogar. Din it-taqsima tieħu ħsieb li tipprepara l-isken biex jittella' onlajn. Dan il-proċess jirrikjedi li l-katalogatur jagħmel il-cropping tal-paġni jekk ikun meħtieġ, u jaqsam il-kuntratt f'partijiet differenti (jiġifieri f'Kuntratt, Dokumenti Mehmuża, Pjanijiet u Dokumenti tat-Taxxa). Ladarba jkun lest, l-informazzjoni tal-kuntratt jew tat-testment tiddaħħal fis-sistema u d-dokument jittella’ fuq notarialacts.gov.mt, fejn ikun disponibbli fi ftit sigħat. Malli dan iseħħ, tiġi infurmat permezz ta' SMS u email li l-ordni tiegħek hija lesta.

.

 Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-​07.30 sa 15.00
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt

 Websajt