Navigate Up
Sign In

L-Eżami tal-Warrant ta’ Nutar

L-Eżami tal-Warrant ta’ Nutar jinżamm f’Marzu ta’ kull sena skont l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Kap 55 tal-Liġijiet ta’ Malta). Jikkonsisti f’żewġ karti tal-eżami bil-miktub u eżami orali li jinżamm fi żmien xahrejn mid-data tal-aħħar eżami bil-miktub.
Kull applikazzjoni sabiex wieħed joqgħod għall-eżami tal-warrant ta’ nutar għandha tinkludi:
(i) Kopja tal-Karta tal-Identita`;
(ii) Kopja taċ-ċertifikat tat-twelid;
(iii) Kopja tal-kondotta tal-pulizija;
(iv) Kopja notarizzata tal-lawrja ta’ Duttur tal-Liġi (LL.D.) miksuba skont kif jipprovdu l-istatut, ir-regolamenti u l-bye laws tal-Universita` ta’ Malta, jew kwalunkwe kwalifika oħra f’livell ta’ Master’s li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jirrikjedi (wara konsultazzjoni mas-Senat tal-Universita` ta’ Malta), jew lawrja oħra tal-istess xorti minn kwalunkwe awtorita` kompetenti oħra skont il-prinċipji dwar rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki wara li jkun studja l-liġi f’Malta jew f’xi Pajjiż Membru tal-Unjoni Ewropea;
(v) Ittra min-nutar li miegħu l-kandidat ikun ipprattika għal mhux anqas minn sentejn qabel id-data ta’ meta jsir l-eżami, u ittra ta’ rikonoxximent mill-Kunsill Nutarili li tkun tapprova l-bidu tal-prattika fl-uffiċċju tan-nutar.

Applikazzjonijiet minn kandidati prospettivi li jixtiequ joqogħdu għal dan l-eżami, li għandhom jikkonsistu f’ittra ta’akkumpanjament u d-dokumenti fuq imsemmija, għandhom jiġu indirizzati lill-Ministru responsabbli għal affarijiet nutarili u għandhom jintbagħtu lin-Nutar Prinċipali tal-Gvern, 2/3. Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt VLT 1310, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena.
Huwa rakkomandat li l-kandidati jsegwu l-kors ġewwa l-Universita` ta’ Malta li jirrigwarda studji nutarili qabel ma joqogħdu għall-eżami.​


 
Uffiċju tan-Nutara tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt