Navigate Up
Sign In

Dikjarazzjoni ta’ Għanijiet

L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u l-Arkivji Nutarili jipprovdi servizzi varji bħal:
​Abbozzar u pubblikazzjoni ta’ atti nutarili li fihom ikun parti l-Gvern jew xi korp imwaqqaf b’liġi;
Ilqugħ ta’ volumi ta’ atti nutarili legati ppubblikati min-nutara f’Malta wara li jiġu riveduti skont kif jipprovdi l-Kap 55 tal-Liġijiet ta’ Malta;
Servizz ta’ depożitarju ta’ volumi ta’ atti nutarili, sabiex jiġu mħarsa u ppriservati;
Indiċjar, immarkar, ħżin u konservazzjoni ta’ volumi ta’ atti nutarili kkonservati fl-Arkivji Nutarili, u t-teħid tal-miżuri ta’ sigurta` kollha meħtieġa sabiex jitħarsu minn danni kkawżati minn nar, serq jew ċirkostanzi oħrajn;​
Għoti ta’ servizz lill-membri tal-pubbliku li jkunu jridu jispezzjonaw kwalunkwe att ippubbikat f’Malta minn nutara prattikanti mis-seklu ħmistax sa issa u jordnaw xi kopji; 
Li jservi bħala għajn siewja ta’materjal ta’ referenza għar-riċerkaturi u studjużi;  
Reviżjoni ta’ atti pubbliċi  ppubblikati min-nutara f’Malta u Għawdex;
Preparazzjoni u organizzazzjoni tal-eżami tal-warrants ta’ nutara li jsir kull sena u l-proċeduri sussegwenti li jwasslu għall-għotja tal-warrants;
Preparazzjoni u aġġornament tal-lista ta’ nutara f’Malta u Għawdex li tiġi ppubblikata kull sena fil-Gazzetta tal-Gvern;
Servizzi ta’ Konservatur ta’ nutara li ġew nieqsa jew li rrinunzjaw għall-warrant jew ġew miżmuma milli jipprattikaw il-professjoni nutarili;
Restawr b’mod professjonali ta’ volumi nutarili antiki kif ukoll it-tiswija jew rilegar ta’ volumi oħrajn skont kif ikun meħtieġ minn żmien għal żmien;
Proviżjoni ta’ faċilitajiet moderni ta’ ħżin, partikularment permezz tad-diġitalizzazzjoni ta’ rekords nutarili miżmuma fl-Arkivji;

Partiċipazzjoni attiva għat-twettiq ta’ promozzjoni tal-Arkivji Nutarili, kemm dak fi Triq San Kristofru, il-Belt, kif ukoll dak fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt. B’rabta ma’ dan, dan l-Uffiċċju irnexxielu jakkwista fondi Ewropej għal żewġ proġetti, wieħed marbut mar-riabilitazzjoni ta’ bini ġdid akkwistat fl-2015 bieb ma’ bieb mal-Arkivju Nutarili fi Triq San Kristofru u l-ieħor għad-diġitalizzazzjoni tal-atti nutarili li jinsabu fl-Arkivju prinċipali; iż-żewġ proġetti qegħdin jiżvolġu bħalissa.
Twettiq ta’ politiki ġodda għas-simplifikazzjoni tal-burokrazija b’ rabta ma’ affarijiet nutarili bħalma huma r-revoka ta’ prokuri u l-inkapaċitazzjoni jew interdizzjoni.


 
Uffiċju tan-Nutara tal-Gvern u Arkivji Nutarili
2/3, 
Triq Mikiel Anton Vassalli 
Valletta, Malta
VLT 1310
 
 
Telefown

Imejl
notarial.archives@gov.mt