Navigate Up
Sign In

Stqarrija mill-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

Medjazzjoni b’xejn qabel il-ftuħ ta’ kawżi quddiem il-Bord tal-Kera​

Illum ġew ippubblikati erba’ avviżi legali. Il-ħsieb wara dawn l-avviżi legali huwa li ssir medjazzjoni wkoll qabel ma jsiru kawża in konnessjoni ma’ kirjiet li ġew kostitwiti qabel il-31 ta’ Mejju 1995, quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera.   

Wieħed mill-avviżi legali qed idaħħal fis-seħħ numru ta’ regolamenti bil-għan li jiġi stabbilit ilqafas legali neċessarju ta’ proċedura li għandha tiġi segwita sabiex il-medjazzjoni mandatorja għal kirjiet ‘antiki’ jew ‘protetti’ tkun tista’ ssir b’mod iktar effettiv.  

Avviż legali ieħor jaħseb għar-regolamenti dwar it-tariffa ta’ drittijiet li jitħallsu lill-avukati u lill-professjonisti li jipprovdu s-servizz tagħhom waqt il-proċess ta’ medjazzjoni, liema tariffi japplikaw f’każ li l-parti ma taqbilx mod ieħor mal-avukat tagħha.  

L-aħħar avviż legali jemenda r-Regolamenti dwar it-Tariffa tad-Drittijiet tal-Att dwar ilMedjazzjoni li jipprovdi li d-dritt ta’ reġistrazzjoni applikabbli għal tilwim riferut liċ-Ċentru talMedjazzjoni mill-Bord li Jirregola l-Kera jkun mingħajr ħlas.  

Dawn l-emendi jaslu wara li fix-xhur li għaddew, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u lGovernanza Edward Zammit Lewis inawgura ċ-Ċentru tal-Medjazzjoni ġdid fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta. B’hekk, issa ċ-ċittadin jista’ jagħżel li ma jidħolx il-Qorti u jsolvi dawn ittilwimiet. Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni se jgħin biex ikompli jħaffef il-proċessi ġudizzjarji ta’ pajjiżna u b’hekk iċ-ċittadin ikun moqdi bl-aħjar mod possibbli, b’ġustizzja orħos u b’inqas dewmien.  

L-avviżi legali jistgħu jiġu aċċessati mill-ħoloq ta’ hawn taħt:

Ħolqa 1

Ħolqa 2

Ħolqa 3

Ħolqa 4​​