Navigate Up
Sign In

Fuljett Promozzjonali

Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta ippubblika fuljett promozzjonali sabiex ifakkar lil pubbliku li proċeduri quddiem il-Qorti mhumiex l-uniku mezz kif wieħed jista’ jasal fi tmiem ta’ tilwima. Dan il-fuljett jipprovdi nformazzjoni qasira dwar il-medjazzjoni sabiex il-pubbliku jikkonsidra mezzi alternattivi ta' rizoluzzjoni tat-tilwim tagħhom. Dan sabiex titqajjem ukoll kuxjenza għall-użu tal-medjazzjoni kif ukoll reklamar għaċ-Ċentru tal-Medjazzjoni.

Dan il-fuljett ser jintbaghat mill-Qorti Civili lil dawk il-persuni li reċentement irċevew ittri uffiċċjali minbarra dawk ai termini tal-Art. 166A jew xi entita’ Governattiva sabiex jikkonsidraw mezzi alternattivi ta' rizoluzzjoni tat-tilwim tagħhom. Dan il-fuljett ser jitqassam ukoll fil-kunsilli lokali sabiex il-pubbliku in ġenerali jkollu aċċess aħjar għal din l-informazzjoni. Wieħed jista jarah ukoll fuq il-paġna ewlenija tal-websajt taċ-Ċentru taħt l-intestatura "Vantaġġi tal-Medjazzjoni".​