Navigate Up
Sign In

It-Tariffi tal-Medjazzjoni

​Medjazzjonijiet volontarji; 

  • Tilwim għall-medjazzjoni tal-familja – €35
  • Medjazzjonijiet li jinvolvu Organizzazzjonijiet Volontarji kif definiti taħt l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (Artikolu. 3) - €35
  • Medjazzjonijiet li jinvolvu kwalunkwe Awtorità oħra stabbilita bil-liġi - €50
  • Tilwim li ma jinvolvix valur monetarju - €70
  • Għat-tilwim l-ieħor kollu - €120

Kawżi riferuti mill-Qorti jew Tribunal; 

  • Dawn it-tipi kollha ta’ każijiet irrispettivament mill-valur jew mill-merti tal-każ – €50

  1. L-ammonti indikati hawn fuq jirrigwardaw it-tariffa tar-reġistrazzjoni inizjali kollha biex tiġi sottomessa applikazzjoni quddiem iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni. 
  2. Sabiex b’mod volontarju jkun jista’ jippreżenta applikazzjoni għal medjazzjoni quddiem iċ-Ċentru, wieħed irid jissottometti din il-formola elettronika - Agħafas hawn biex tiftaħ il-formula​
  3. Fir-rigward ta’ medjazzjonijiet riferuti mill-Qorti jew Tribunal wieħed ma jistax jissottometti medjazzjoni qabel ma’ jippreżenta fl-istess ħin mal-applikazzjoni d-digriet tal-Qorti jew tat-Tribunal li jawtorizza l-proċedimenti ta’ medjazzjoni quddiem iċ-Ċentru.  
  4. Fir-rigward tal-medjazzjonijiet, il-proċedimenti jsiru mingħajr preġudizzju u ma hemm l-ebda appell f’dawn il-każijiet minħabba li l-proċedimenti ta’ medjazzjoni mhumiex tilwim iżda jservu biss bħala mekkaniżmu alternattiv għat-tilwim għall-partijiet biex jippruvaw u jsolvu l-kontestazzjonijiet tagħhom u jsibu soluzzjonijiet għal triq’il quddiem.



Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta

158
Triq Merkanti
Il-Belt Valletta, VLT 1176