Navigate Up
Sign In

Il-Ħatra tal-Medjaturi


F’konformità mal-funzjonijiet imposti fuq iċ-Ċentru mill-Att, wieħed mill-ewwel kompiti mwettqa mill-Bord tal-Gvernaturi kien it-tfassil ta’ Kodiċi ta’ Kondotta li għandu jiġi segwit minn medjaturi matul il-proċedimenti ta’ medjazzjoni. Sabiex ikun hemm l-infrastruttura meħtieġa, il-pass li jmiss kien it-twaqqif ta’ kriterji għall-ħatra ta’ medjaturi u żewġ korsijiet ta’ medjazzjoni saru, wieħed f’Lulju 2008 u ieħor f’Frar 2009.

Bil-għan li jiġi żgurat li persuni akkreditati bħala medjaturi jkunu kwalifikati ħafna fil-ħiliet tal-medjazzjoni, iċ-Ċentru għamel arranġamenti mal-Università ta’ Malta għall-introduzzjoni ta’ kors li jwassal għal Diploma ta’ Wara l-Gradi fil-Medjazzjoni. L-ewwel kors beda f’Frar 2011 bħala kors part-time ta’ filgħaxija. F’Jannar 2012 il-kors ġie aġġornat għal Master tal-Arti fi Medjazzjoni u jitħaddem bħala kors part-time ta’ filgħaxija għal perjodu ta’ tliet snin. ​​



Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta

Palazzo Laparelli
33, Triq in-Nofsinhar
Il-Belt Valletta,  VLT 1100