Navigate Up
Sign In

Segretarju Parlamentari

L-Onor. Rosianne Cutajar mp, Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi





L-Onor. Rosianne Cutajar MP hija s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza.

F’karigi preċedenti, hija serviet bħala Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija, Chairperson tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet tal-Familja, Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Ko-Operazzjoni fl-Ewropa (OSCEPA), kif ukoll bħala Chairperson tal-Kulleġġ tar-Regolaturi.

L-Onor. Cutajar ġiet eletta għall-ewwel darba fil-Parlament ta’ Malta fl-2017. Mexxiet b’suċċess l-introduzzjoni tal-ewwel Liġi dwar il-Kremazzjoni f’Malta, u tkellmet dwar għadd ta’ kwistjonijiet soċjali, bio-etiċi u tfassil ta’ politika f’oqsma ta’ skala nazzjonali. Dawn jinkludu l-implimentazzjoni tal-ugwaljanza fil-ġeneru, il-leġiżlazzjoni tal-IVF, il-ħtieġa għal alternattivi għal priġunerija, it-tnaqqis tal-età eliġibbli għall-vot għal sittax-il sena, azzjoni kontra l-abbuż domestiku, id-dibattitu dwar qafas regolatorju għall-prostituzzjoni, kif ukoll dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u dawk rikreazzjonali.

L-Onor. Cutajar hija l-iżgħar Membru Parlamentari f’din il-leġiżlatura, u t-tieni l-iżgħar Membru Parlamentari mara wara l-eks President Agatha Barbara. Qabel ma ġiet eletta fil-Parlament, hija kienet l-ewwel sindku mara ta’ Ħal Qormi, waħda mill-akbar lokalitajiet f’Malta, fejn ġiet eletta Sindku fl-2012 u għal darb’oħra fl-2015.

L-Onor. Cutajar gradwat fl-Edukazzjoni mill-Università ta’ Malta u ipprattikat il-professjoni ta’ għalliema.
​​​​

Dettalji Ta' Kuntatt:


Ministeru għall-Ġustizzja, L-Ugwaljanza U l-Governanza
Auberge D'Aragon,
Misrah Indipendenza,
Il-Belt Valletta, VLT 1521​
Malta
 
Telefown

Imejl
 
Sit
​​