Navigate Up
Sign In

Vittma tal-Kriminalità

Min huwa vittma tal-kriminalità?

Artikolu 2 tal-Kapitolu 539 tal-Liġijiet ta’ Malta jiddefinixxi vittma bħala:

(a)  persuna fiżika li ġarrbet ħsara, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kien direttament ikkawżat minn reat kriminali;

(b)  membru tal-familja ta’ persuna li l-mewt tagħha kienet ikkwżata direttament minn reat kriminali u li jkun sofra ħsara b’riżultat tal-mewt ta’ dik il-persuna;

(c)  minuri li jkunu xhieda ta’ forom ta’ vjolenza.​



X’inhuma d-drittijiet ta’ vittma?​

Vittma għandha s-segwenti d-drittijiet li:

(a)  tkun kommunikata, verbalment u bil-kitba, b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem;​

(b)  mal-ewwel kuntatt ma’ awtorità kompetenti tista’ tkun akkumpanjata minn persuna tal-għażla tagħha sabiex tifhem u tkun mifhuma aħjar;

(c)  l-ewwel awtorità kompetenti f’kuntatt mal-vittma trid tinfurmaha bid-drittijiet kollha tagħha;

(d)  tagħmel rapport lill-pulizija u tingħata kopja tal-istess rapport mill-aktar fis possibli;

(e)  tkun infurmata bil-proċeduri kriminali u jekk min wettaq ir-reat ikun rilaxxat mid-detenzjoni;

(f)   tkun assistita mis-servizzi tal-għajnuna legali.



Kif tipproċedi bħala vittma tal-kriminalità

Persuna identifikata bħala vittma tal-kriminalità, wara li tiġi f’kuntatt mal-ewwel awtorità kompetenti tista’ titlob li tkun megħjuna mis-servizz tal-għajnuna legali.  Il-persuna għandha tiġi riferuta lill-Aġenzija Legal Aid Malta sabiex jinbeda l-proċess fejn il-persuna tiġi assenjata b’avukat tal-għajnuna legali.

 

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Indirizz
188-189
Triq l-Ifran,
Il-Belt Valletta
 
Ara mappa 

 Websajt