Ħarsa ĠeneraliL-għajnuna legali hija l-provvista tal-assistenza legali lin-nies bi dħul baxx, li ma jistawx iħallsu sabiex ikunu rappreżentati u jkollhom aċċess għas-sistema ġudizzjarja. L-għajnuna legali hija mportanti sabiex tipprovdi aċċess għall-ġustizzja sabiex tassigura l-ugwaljanza quddiem il-liġi, d-dritt għall-avukat u d-dritt ta’ smiegħ xieraq lin-nies foqra.
X'Se TingħataJekk int eliġibbli għas-servizz tal-għajnuna legali tkun provdut avukat u prokuratur legali tal-Aġenzija assenjat b’digriet tal-Qorti sabiex tkun assistit fil-proċeduri quddiem il-Qrati.
EliġibbiltàF’kawżi ta’ natura ċivili, wara li tgħaddi mit-test tal-mezzi u tal-mertu wara li tipprovdi d-dokumenti meħtieġa dwar il-każ mitlub.
F’kawżi ta’ natura kriminali, ma jsirx it-test
tal-mezzi.
kif tapplikaTista’ tapplika għall-għajnuna legali billi timla’ l-formola.
APPLIKA ISSA