Navigate Up
Sign In

Għajnuna Legali f’Tilwin Transkonfini

Jekk tgħix f’Malta

F'materja ċivilipersuna tista’ tagħmel applikazjoni ta’ transkonfini minn hawn​. Jekk l-applikazzjoni tiġi trasmessa minn Legal Aid Malta bħala l-awtorità li twassal, il-persuna jsirulha t-test tal-mezzi u tal-merti skont il-liġi applikabbli ta’ Malta.
 
F’materja kriminali,persuna li tgħix f’Malta u hija vittma ta’ offiża f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea tista’ tagħmel rapport fil-pajjiż fejn ikun sar ir-reat u jekk il-persuna ma tkunx tista’ tagħmel ir-rapport f’dak l-Stat Membru, jkollha tagħmel rapport lill-Pulizija ta’ Malta li għandhom jieħdu l-azzjoni neċessarja. F’każijiet ta’ traskonfini, għad m’hemmx leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea fuq is-suġġett. ​


Talba tal-għajnuna legali minn pajjiż ieħor

F’materja ċivili, jekk inti residenti f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropean tista’ tapplika mill-entità tal-għajnuna legali f’dak il-pajjiż billi timla’ l-applikazzjoni relattiva li tinsab hawn ​wara li jsir it-test tal-mezzi fil-pajjiż li tkun qed tapplika minnu. L-applikazzjonijiet jiġu trasmessi lil Legal Aid Malta bħala l-Awtorità Ċentrali li tirċievi, u wara jiġu ppreżentati r-rikorsi meħtieġa fil-Qorti.
 
F’materja kriminali, sa dan l-istadju meta nkitbet din l-informazzjoni ma kienx hemm leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea. ​


Ordni dwar l-Obbligi ta’ Manteniment Internazzjonali (Għajnuna Legali)

L-applikazzjonijiet kollha li ħierġin jew deħlin dwar l-obbligi ta’ manteniment internazzjoni jiġu ttrattati mill-Awtorità tal-Istandards tal-Kura Soċjali bħala l-Awtorità f’din il-materja. Parti f’każ, kemm f’applikazzjoni li ħierġa jew li dieħla, tista’ titlob assistenza bl-għajnuna legali. Kopja tal-applikazzjoni għandha tiġi trasmessa lil Legal Aid Malta sabiex jiġi assenjat avukat tal-għajnuna legali lill-parti konċernata. ​
​​​​

 

 ​

Contact Information:

 Address
'Chateau de la Ville'
21, Archbishop Street,
Valletta​
 
View map