Navigate Up
Sign In

Kawżi Kriminli bl-Għajnuna Legali

Dokumenti mitluba u kif tipproċedi f’kawżi kriminali

F’kawżi kriminali ma jintalbux dokumenti sabiex persuna tkun eliġibbli. Persuna għandha ssaqsi lil Pulizija, lill-Maġistrat jew l-Imħallef li qed jippresedi l-każ, jew tirrikorri fl-uffiċini tagħna, sabiex titlob li tiġi assistita bl-għajnuna legali.
 
 
Għajnuna legali mitluba waqt l-interogazzjoni u /jew taħt arrest 

Persuna li ġiet imsejħa għall-interogazzjoni mill-Pulizija jew ġiet arrestata għandha dritt li tkellem avukat tal-għajnuna legali li jkun fuq it-turn tal-ġurnata. Din il-persuna għandha titlob lill-Pulizija li qed jinterrogawha /jarrestawha għall-assistenza tal-avukat tal-għajnuna legali.
 
 
Appell minn sentenza 

Persuna li trid tappella permezz ta’ avukat għall-għajnuna legali minn sentenza deċiża fil-Qorti tal-Maġistrati, għandha b’mod immedjat dakinhar stess jew il-ġurnata ta’ wara li tingħata s-sentenza tirrikorri għand l-Aġenzija sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji ħalli l-persuna tiġi riferuta għand l-Avkat Kap tal-Għajnuna Legali. Ikun utli li l-persuna ġġib magħha kopja tas-sentenza li ngħatat.
 
Persuna li ġiet ikkundanata mill-Qorti tal-Maġistrati u s-sentenza ġiet appellata mill-Prosekuzzjoni tista’ tiġi assistita bl-għajnuna legali. Persuna tista’ titlob lill-Imħallef li qed jippresjedi l-każ sabiex tiġi assistita b’avukat tal-għajnuna legali, inkella tista’ tirrikorri fl-uffiċini tagħna sabiex niddireġuha skont ma jkun meħtieġ. ​
​​​

 

 ​

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Indirizz
'Chateau de la Ville'
21, Triq l-Arċisqof,
Il-Belt Valletta​
 
Ara mappa