Dokumenti mitluba u kif tipproċedi f’kawżi Ċivili
Sabiex isir appuntament mal-Avukat Kap
tal-Għajnuna Legali, persuna għandha l-ewwel tipproduċi dawn id-dokumenti (jew
dawk id-dokumenti li japplikaw għal persuna skont il-każ) hawn taħt imsemmija
biex isir it-test tal-mezzi w jiġi stabilit jekk il-persuna hija
eliġibli għall-għajnuna legali:
¨ Dokument mid-Dipartiment tas-Sigurta’
Soċjali li juri l-ammont ta’ flus li l-persuna irċeviet tul l-aħħar tnax-il
xahar;
¨ FS3 tax-xogħol / Payslips tal-paga
tal-aħħar tnax-il xahar;
¨ Rendikont (statement) tal-aħħar
tnax-il xahar ta’ kull kont bankarju li l-persuna għandha f’isimha;
¨ Dokument mill-Aġenzija tax-Xogħol li
juri l-job history tal-persuna;
¨ Karta tal-identita’ jew passport.
¨ Dokumenti ta’ evidenza
(kuntratt legali ta’ kera u rċevuti ta’ pagament) jekk qed tgħix ġo post mikri;
¨ Digriet tal-Qorti dwar
ordni ta’ ħlas ta’
manteniment lill-parti l-oħra u lit-tfal u rċevuti ta’ ħlas dwarhom;
¨ Dokumenti li l-persuna rċeviet
mill-Qorti għal każ li tixtieq li tiġi assistita bl-għajnuna legali;
¨
Dokumenti oħra relatati, per eżempju:
· Għal separazzjoni personali: ċertifikat taż-żwieġ u
ċertifikati tat-twelid tal-ulied;
· Għall-annullament taż-żwieġ jew divorzju: kopja
tal-kuntratt ta’ separazzjoni;
· Għal bdil fid-detallji fiċ-ċertifikati tar-Reġistru
Pubbliku: ċertifikat tat-twelid / tal-mewt / taż-zwieġ tal-persuna;
· Kwistjonijiet dwar wirt: kopja tat-testment, etċ.
Fil-laqgħa mal-uffiċjali tal-Aġenzija
jiġi stabilit jekk il-klijent huwiex eliġibbli għas-servizz tal-għajnuna
legali. Jekk persuna tkun eliġibbli,
tingħata appuntament mal-Avukat Kap tal-Għajnuna Legali sabiex tiddiskuti
l-problema u/jew il-każ li għandha. L-Avukat Kap jinfurmaha jekk għandhiex
raġunijiet tajba biex tibda proċedimenti jew biex tagħmel id-difiża tagħha
skont kif ikun il-każ.
Appell minn sentenza f’materji
ċivili
L-avukat u l-prokuratur legali
assenjati lill-klijent tal-għajnuna legali jibqaw responsabbli għall-kawża
assenjata lilhom kif ingħad qabel sakemm din tkun definittivament konkluża,
anke jekk il-perjodu tal-ħatra tagħhom tkun skada.