Navigate Up
Sign In

Dwarna

Min aħna

Għajnuna Legali Malta ġiet imwaqqfa bl-Avviż Legali 414 tal-2014. Il-funzjoni tal-Aġenzija hija li tagħti sapport operazzjonali u amministrattiv lill-Avukat tal-Għajnuna Legali li jmexxi l-Aġenzija. Avviż Legali 64 tal-2016, Ordni tal-2016 dwar Proċeduri tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, jistabillixxi il-proċedura li għandha tiġi addottata mill-Aġenzija għall-applikazzjonijiet tal-għajnuna legali fi kwistjonijiet ta’ natura ċivili. 

Tagħti wkoll gwida dwar il-funzjoni u x-xogħol amministrattiv tal-ħaddiema fl-Aġenzija. Għajnuna Legali Malta hija komposta minn Avukat tal-Għajnuna Legali li jidderiġi x-xogħol tal-avukati tal-għajnuna legali u prokuraturi legali. Il-prokuraturi legali jassistu lill-avukati fix-xogħol ta’ kuljum. L-avukati u l-prokuraturi legali huma assenjati f’każijiet ċivili u kriminali fuq żewġ rosters differenti. ​


It-Tim
L-Aġenzija hija magħmulha minn żewġ aspetti: dak legali u dak amministrattiv. L-aspett legali huwa prinċiparjament mmexxi mill-Avukat Kap tal-Għajnuna Legali u l-aspett amministrattiv jitmexxa mill-uffiċjali fis-settur pubbliku assenjati mal-Aġenzija.​
​​

 

 ​

DETTALJI TA' KUNTATT:

 Indirizz
'Chateau de la Ville'
21, Triq l-Arċisqof,
Il-Belt Valletta​
 
Ara mappa