Navigate Up
Sign In

Att Dwar il-Protezzjoni ta' Informatur

Whistle Blower

Insellimlek.

Il-Li
ġi li tipproteġi l-whistleblower hija liġi li tgħin b'mod dirett biex ikollna soċjetá aħjar.

Fuq din is-sit, se ssib l-għajnuna u l-informazzjoni kollha.

Flimkien nistgħu nagħmlu soċjetá iktar ġusta u soċjetá iktar nadifa.


 

Att dwar il-Protezzjoni ta' Informatur (Kap 527): 

F’Settembru 2013, il-gvern Malti implimenta l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur, 2013: att li jipprovdi għal proċeduri li jipproteġu lill-individwi li jirrapportaw prattiċi mhux xierqa u għemil ħażin fuq il-post tax-xogħol, kemm fis-settur privat u anke fl-amministrazzjoni pubblika​.

Kull min jixtieq iqajjem allarm fuq att ta’ korruzzjoni jew illegalitajiet jista’ jagħmel dan b’mod sigur permezz tal-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur. Liġi li twassal ukoll għal bidla fil-mentalità. Permezz tal-implimentazzjoni ta’ din il-leġislazzjoni, iċ-ċittadini jingħataw id-dritt li jirrapportaw abbużi, bl-għarfien li huma protetti bil-liġi.

Rappurtar Intern: 
Persuni li jirrapportaw setgħu s’issa jirrapportaw għemil ħażin lil uffiċjali interni fejn r-rapport tagħhom jittieħed għal aktar investigazzjoni filwaqt li jżommu l-identità tal-persuna li qed tirrapporta b’kunfidenzjalità stretta. Il-persuni li jirrapportaw se jibqgħu anonimi u allura se jkunu protetti minn ritaljazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Għal impjegati fis-Settur Pubbliku, uffiċjal li jirrapporta dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta ġie appuntat f’kull Ministeru governattiv biex jirċievi rapporti fi ħdan id-dipartiment ikkonċernat.

Impjegati fis-Settur Privat li għandu aktar minn 50 ħaddiem għandu jistabbilixxi sistemi ta’ rappurtar intern.

Rappurtar Estern
Jekk l-ebda sistema interna mhi disponibbli, jew ir-rapport mhuwiex investigat b’mod effiċjenti, il-persuna li tirrapporta tista’ tirrapporta b’mod estern lil waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-liġi. Dawn jinkludu: il-Kummissarju tat-Taxxi (CfR), il-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU), l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA), il-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (CVO), il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni (PCAC) u  l-Ombudsman.

Għal impjegati tas-Settur Pubbliku, Uffiċjal estern li jirrapporta dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta ġie appuntat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinett​.

Transpożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1937 dwar il-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw ksur tal-Liġi tal-Unjoni
Fuq livell Ewropew, il-protezzjoni tal-informatur kienet ikkunsidrata irregolari u frammentata. Bħala konsegwenza l-informaturi spiss kienu skoraġġuti milli jirrapportaw it-tħassib tagħhom minħabba l-biża’ ta’ ritaljazzjoni.

Għal din ir-raġuni, fit-23 t’April 2018, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pakkett ta’ inizzjattivi, fosthom id-Direttiva għal Proposta rigward il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw ksur tal-Liġi tal-Unjoni u tal-Kommunikazzjoni. Din tistabbilixxi qafas legali komprensiv għall-protezzjoni tal-informaturi li jissalvagwardja l-interess pubbliku fuq livell Ewropew, għat-twaqqif ta' sistemi ta' rappurtar li jkun faċilment aċċessibbli, li jenfasizzaw l-obbligi li tinżamm il-kunfidenzjalità u l-projbizzjoni ta’ ritaljazzjoni kontra l-informaturi u tistabbilixxi miżuri ta' protezzjoni.

Id-Direttiva – (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 t’Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni – ġiet addottata fit-23 t’Ottubru 2019 u daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Diċembru 2019. Id-Direttiva qiegħda online u tista' tiġi aċċessata permezz ta' din il-ħolqa: EUR-Lex - 32019L1937 - EN - EUR-Lex (europa.eu)

Matul l-2020 u l-2021, il-Ministeru għal Ġustizzja għamel eżerċizzju ta’ transpożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni. Din wasslet għal emenda tal- Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur (Kap. 527 tal-Liġijiet ta’ Malta). 

Tibdil ewlieni bejn l-Att preċedenti u d-Direttiva
Ħafna mill-proviżżjonijiet tal- Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur baqgħu ma nbiddlux. Imma, hemm ftit tibdil sostanzjali msemmi hawnhekk:

   Protezzjoni ġiet estiża għal “faċilitaturi” jew persuni li jassistu lill-informatur meta jagħmlu rapport billi jużaw sistemi interni ta’ rappurtar.
    
   Definizzjoni ta’ “impjeġat” issa tinkludi wkoll azzjonisti u persuni li qegħdin f’relazzjoni prekuntrattwali ma’ min iħaddem.

   L-għemil ħażin li jista’ jiġi rrapportat jaqa’ taħt kategoriji speċifiċi: akkwist pubbliku, servizzi finanzjarji, prodotti u swieq, u prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; sigurtà u konformità tal-prodott; sigurtà tat-trasport; protezzjoni tal-ambjent; protezzjoni mir-radjazzjoni u sigurtà nukleari; sigurtà tal-ikel u tal-għalf; is-saħħa u l-benessri tal-annimali; is-saħħa pubblika; protezzjoni tal-konsumatur; protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali, u sigurtà tan-networks u sistemi tal-informazzjoni.

   Definizzjoni ta’ ritaljazzjoni tinkludi numru ta’ azzjonijiet li jvarjaw minn sensji sa riferimenti inġusti.

   “Ambjent tax-xogħol” jikkjarifika li l-attivitajiet passati u anke l-attivitajiet kurrenti jistgħu jiġu msemmija fl-iżvelar.

   Żamma tar-rekords se tkun obbligu miżjud fuq min iħaddem kemm fis-settur privat u anke fis-settur pubbliku. Rapporti se jinżammu mhux aktar minn dak neċessarju u b’konformità proporzjonata mar-rekwiżiti imposti mid-Direttiva, jew rekwiżiti oħrajn imposti mill-Unjoni jew liġi nazzjonali, bħall-GDPR.
   
   Żvelar Pubbliku huwa saff aktar ta’ rappurtar miżjud mal-liġi. Żvelar pubbliku jirreferi għal persuna li qed tiżvela informazzjoni u tagħmilha disponibbli fid-dominju pubbliku, bħal pereżempju tippubblikaha fuq l-internet. Dan ifisser li l-persuna li tirrapporta tkun tista’ taqbeż l-ewwel żewġ stadji ta' rappurtar u tagħmel żvelar pubbliku, jekk: hemm riskju ta’ ritaljazzjoni minn Żvelar Estern; jew hemm periklu imminenti fuq l-interess pubbliku.