Navigate Up
Sign In

Mistoqsijiet u Tweġibiet



X’inhi d-differenza bejn 
“Whistleblowing” u ilment?
 Meta persuna tagħti nformazzjoni fuq perikli jew illegalitajiet li jaffetwaw terzi persuni (eż: klijenti, membri tal-pubbliku jew min iħaddimhom) ikun att ta’ “whistleblowing” L-infurmant normalment ma jkunx affetwat direttament jew personalment minn dawn l-azzjonijiet irregolari. Huwa jservi bħala messaġġier biex b’hekk persuni oħra jkunu f’pożizzjoni li jindirizzaw dawk l-azzjonijiet irregolari. L-infurmat m’għandux alfejn juri provi ta’dak li qed jirraporta.
Meta wieħed jilmenta, jkun qed jisħaq li hu personalment ġarrab trattament mhux xieraq. Dan it-trattament ħażin jista’ jinvolvi ksur ta’ drittijiet personali, tal-impjegat jew bullying. Min jagħmel l-ilment ikun jixtieq jikseb soluzzjoni jew ġustizzja b’interess personali u għalhekk għandu d-dmir li juri evidenza biex isostni l-każ tieu.
 
Jekk ninforma nkun żleali?
Icon - Cross (x)
Le.  L-infurmant jista’ jkun fost l-aktar impjegati leali, iżda jemmen li hu fid-dover li jwissi u jwaqqaf periklu jew illegalita’ għall-benefiċċju tal-kollegi tiegħu, jew ta’ min iħaddem, jew tal-pubbliku. Hawn il- “Whistleblower” ikun qed isalva l-ħajja, x-xogħol, l-għixien jew ir-reputazzjoni ta’ terzi persuni jew kumpaniji 
Tliet ħsibijiet perspettivi għal riflessjoni:
-          Jekk it-tarbija tiegħek tkun ser tiġi operata fi sptar – INT tkun trid lill-infermiera tisvela informazzjoni li l-kirurgu li ser jopera huwa inkompententi?
-          Jekk INT dik l-infermiera, tħoss li għandek tgħaddi l-informazzjoni li taf fuq l-inkompetenza tal-kirurgu – u li jekk jopera lil dik it-tarbija jista’ jagħmel iktar ħsara milli ġid?
-          Jekk INT id-direttur tal-isptar, tkun trid lil xi ħadd jinfurmak bl-aġir ħażin ta’ dak il-kirurgu fil-ħin, u qabel ssir ħsara lill-pazjenti u b’detriment għar-reputazzjoni tal-isptar?
 
Icon - Mistoqsija
Kif nista’ nsaffar is-suffara?
Kull Ministeru tal-Gvern ta’ Malta appunta uffiċjal apposta li jgħiduluWhistleblowing Officer”. Jekk int impjegat fis-settur pubbliku, għandek tgħaddi l-informazzjoni li għandek lill-“Whistleblowing Officer” fi ħdan il-Ministeru fejn taħdem.
Jekk int impjegat mas-settur privat u min iħaddmek għandu proċeduri nterni għall-iżvelar ta’ informazzjoni, għandek issegwi dawk il-proċeduri.Biex wieħed iserraħ moħħu minn protezzjoni taħt dan l-Att, huwa mportanti li wieħed jgħaddi l-informazzjoni internament u skont il-proċeduri ta’ min iħaddem.
Jekk min iħaddem m’għandu l-ebda proċedura biex jirċievi u jipproċessa informazzjoni mingħand l-impjegati, tista’ tgħaddi l-informazzjoni tiegħek lill-external whistleblowing officer li jvarja skont is-settur li taħdem fih.
Għal aktar ghajnuna fuq kif ghandek tgharraf bl-informazzjoni, kemm jekk int impjegat fis-settur pubbliku u kemm jekk int impjegat fis-settur privat, tista’ tibghat email fuqWhistleblower.helpmail@gov.mt
 
Qabel tipproċedi bl-iżvelar:
    Ibqa’ kalm
     Ftakar li int xhud u mhux kwerelant
      Għid u tkellem biss fuq il-fatti li taf bihom int – tassumix, u tagħmilx allegazzjonijiet
      Tipprovax tinvestiga l-kwistjoni li qed tirraporta.
 
Icon - karta tal-identita
Il-Liġi tipproteġi l-identita’ tiegħi?
Il-liġi timponi dmir strett ta’ kunfidenzjalita’ favur il-persuni li jiżvelaw informazzjoni dwar aġir mhux xieraq.  Dan jfisser li l-identita’ ta’ min jiżvela u jagħti nformazzjoni li tista’ twassal għal twaqqif ta’ abbuż jew inġustizzja ma tistax tiġi żvelata mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-informantstessbil-miktub.
Icon - katnazz
 
X’differenza hemm bejn li tkun anonimu u li tibqa’ kunfidenzjali?
Li wieħed jibqa’ anonimu, jfisser li wieħed fl-ebda ċirkostanzi ma jagħti ismu jew id-dettalji tal-identita’ tiegħu. Li wiehed jibqa’ kunfidenzjali jfisser li impjegat jagħti ismu fuq il-kundizzjoni illi dan ma jiġiżvelat mingħajr il-kunsens tieghu.

Icon - persuna mhux maghrufa
Allura mhux aħjar nibqa’ anonimu? 
Le. Rapporti anonimi m’humiex protetti taħt il-liġi, iżda xorta jistgħjiġu investigati.
Żvantaġġi oħra ta’ anonimita’:
a.      Imbilli tibqa’ anonimu ma jfissirx li ħaddieħor mhux ser jiskopri minżvela l-informazzjoni,
b.      Huwa aktar diffiċli li jiġi nvestigat il-każ li qed jigi rraportat, jekk l-investigaturi majkunux jistgħu jsaqsmistoqsijiet sussegwenti lill-informatur,
ċ.       Tista’ tingħata inqas importanza lill-każ jekk jidħol is-suspett li l-informazzjoni svelatam’hijiex  ġenwina.
 
Icon- fjamma tan-nar
 
Min jiżvela informazzjoni jitkeċċa?
Le.  Min jiżvela l-informazzjoni huwa speċifikament protett bil-liġi millijitkeċċa, jew milli jsofri konsegwenzi negattivi fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, persuna li tiżvela informazzjoni ma tistax tiġivvittimizzata, intimidata jew iffastidjata għax irrapportat aġir ħażin.
 
Icon - marka tal-esklamazzjoni
Xorta nkun protett mill-liġi jekk jien kont parti mill-aġir ħażin?
Hawnhekk qed nitkellmu fuq każijiet fejn min jikxef ikun ipparteċipa hu wkoll fl-aġir ħażin.  Jekk tiżvela informazzjoni fuq aġir ħażin li kont involut fih int, il-liġi toffri mitigazzjonijiet varji fir-responsabbilta’ rigwardanti.  Bħala regola, fi proċedimenti kriminali, dixxiplinarji jew ċivili kontrik, l-Qorti jew t-Tribunal li qed  jisma’ l-każ, meta jkunu qed jagħtu s-sentenza, jieħdu kunsiderazzjoni l-fatt li dik il-persuna rrapurtat il-każ. F’din is-sitwazzjoni, il-Qorti tkun tista’ tnaqqas is-sentenza jew l-ammont ta’ danni dovuti.
F’każijiet oħra, l-liġi tagħti poter lill-Avukat Ġenerali biex joħroġ ċertifikat ta’ immunita’ sħiħa minn kull passi kriminali kontra l-informatur u l-liġi anke tgħid li l-informatur jista’ jingħata identita’ ġdida kompletament.
Ovvjament ebda każ m’hu bħall-ieħor u jiddependi mill-gravita’ tal-kwistjoni.
Huwa importanti ħafna illi jekk tkun se tiżvela informazzjoni fuq każ fejn int involut, tfittex parir legali qabel ma tagħmel dan.
 
Icon - Marka (tag)
X'inhuma l-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti biex ir-rapport ikun protett mill-liġi?
Biex ir-rapport ikun protett mill-liġi:
-          Irid ikun sar in bona fede
-     Inizjalment irid ikun hemm kredibilita’ li l-każ huwa ġenwin, u li juri li jista’ jkun hemm aġir ħażin da parti ta’ min iħaddmek jew ta’ persuni li jaħdmu għan-nom u għall-interessi ta’ min iħaddmek.
-          Ir-Rapport ma jridx isir għall-gwadan personali tal-informant.
Jekk tiżvela informazzjoni li taf li hija żbaljata, ma tkunx protett u tkun qed tikkometti offiża kriminali.
Il-liġi tipproteġi rapporti ġenwini magħmula in bona fede iżda persuni li jagħmlu rapporti malizzjużibiex jagħmlu ħsara lil impjegati oħra jew lil min iħaddem ma jkunux protetti. 

Agħfas Hawn:

 
 
 ​


DETTALJI TA' KUNTATT:

 
Telefown
 
  Imejl