Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-websajts uffiċjali tal-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu u ġiet aġġornata l-aħħar fil-21 ta ’Settembru 2020.
status ta' konformità
Il-Ministeru huwa impenjat li jagħmel is-servizzi onlajn tiegħu aċċessibbli għal kulħadd. Aħna ddedikati biex intejbu kontinwament l-aċċessibilità tas-servizzi tagħna. Dan nagħmluh billi naddottaw l-aħjar prattiki kif ikkomunikati mill-partijiet interessati, bħall-FITA u l-utenti.
Proċess TA' KONFORMITÀ
Il-websajts tagħna huma ddisinjati biex jaħdmu mal-Edge, Safari, Firefox u Chrome.
Bħala parti minn dan l-isforz, aħna nimxu mal-istandards ta' aċċessibilità EN310549 u l-linji gwida WCAG2.0. Ir-riżorsi u l-formoli online tagħna huma evalwati kemm manwalment kif ukoll programmatikament għall-konformità mal-linji gwida tal-Livell AA WCAG 2.0. Il-websajts tagħna huma mfassla biex jaħdmu tajjeb u jkunu aċċessibbli meta jiġu aċċessati bi prodotti ta' hardware u software aġġornati kif xieraq.
Fil-waqt li nirrikonoxxu li l-osservanza tal-istandards u l-linji gwida, ma nistgħux waħedha niżguraw li prodott huwa aċċessibbli, aħna nwettqu wkoll evalwazzjonijiet tal-użabilità b'kollaborazzjoni mal-utenti, sabiex niġbru r-reazzjonijiet meħtieġa. Naħdmu wkoll biex nimplimentaw l-aċċessibilità għall-kanali ta' informazzjoni li huma pprovduti permezz ta' pjattaformi oħra kull fejn hu possibbli, bħal per eżempju l-midja soċjali.
miżuri ta' aċċessibiltÀ
Il-websajts tagħna ma jiddependux fuq widgets tat-tipa, ingrandiment u modifika tal-kulur. Dan għaliex funzjonalitajiet bħal dawn huma diġà integrati fil-biċċa l-kbira tal-web browsers jew huma disponibbli permezz ta' add-ons u plugins differenti li utenti differenti huma liberi li jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. Bħala riżultat, dawn l-adattamenti arbitrarji tal-utenti huma disponibbli għal ħafna mill-websajts, mhux biss għal dak tal-Ministeru tagħna. Sabiex inħallu dan il-livell ta' adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibilità ma' dawn il-modifiki tal-utent.
Bħala parti minn u flimkien mal-linji gwida msemmija hawn fuq, il-websajts tagħna jimplimentaw il-karatteristiċi ta' aċċessibilità li ġejjin:
- Żamma konsistenti ta' Intestatura tal-HTML u tqassim ta' informazzjoni fuq paġni onlajn differenti.
- Il-kontenut tal-informazzjoni huwa organizzat f'listi HTML kull fejn applikabbli.
- L-ikona tal-maws tinbidel meta jitmexxa fuq funzjonalitajiet tal-Browser.
- Żida ta' titlu tal-immaġni, alt tag u informazzjoni kull fejn din l-informazzjoni hija rilevanti u utli.
- Immassimizza l-kuntrast tal-kulur għal-kitba fejn applikabbli.
- Il-kitba tal-link attwali huwa deskrittiv biżżejjed biex jinforma lill-utenti fejn jieħdok il-link.
- Implimenta l-links esterni kollha sabiex jinfetħu f'partituri ġodda tal-browser.
Kontenut inaċċessibli
Aħna m'aħniex konxji ta' kontenut speċifiku inaċċessibbli jew kwistjonijiet ta' aċċessibilità fuq il-websajts tagħna. Jekk tidentifika kontenut bħal dan, ġentilment għarrafna permezz tad-dettalji ta' kuntatt ipprovduti hawn taħt. Jekk tinqala' tali istanza l-għan tagħna huwa li ninvestigaw il-kwistjoni bil-għan li nidentifikaw il-kwistjoni ta' aċċessibilità u nġibu dan f'konformità.
Rispons u dettalji ta' kuntant
Inevitabbilment, mhux dejjem ser ikun kollox sewwa, iktar ma npoġġu servizzi u riżorsi online, iktar jista’ jkun li jinqalgħu xi problemi, imma nibqgħu impenjati li nindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta’ aċċess fil-pront. U huwa hawn fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek. Jekk ikollok xi diffikultajiet fl-aċċess għall-websajts tagħna, jew ikollok problemi biex tuża kwalunkwe aspett tal-websajt, nixtiequ li tgħarrafna.
Tista tikkuntattjana hawn:
Proċedura ta' infurzar
L-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibilità tal-websajts u l-applikazzjonijiet tal-mowbajl ta’ korpi tas-settur pubbliku. Fil-każ li l-mistoqsija tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tal-ICT ma tiġix indirizzata jew tixtieq tressaq ilment formali, tista’ tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA billi timla l-formola online ta' ilmenti.
Links Importanti