Navigate Up
Sign In
 
Merħba fis-sit elettroniku dwar l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni 
 
L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (FOI) (Kap. 496) jistabbilixxi d-dritt tal-pubbliku ġenerali għall-aċċess tal-informazzjoni miżmuma għand Awtoritajiet Pubbliċi, sabiex tkompli titkattar it-trasparenza u r-responsabbiltà fil-gvern. ​
 
Il-pubbliku ġenerali jista’ jitlob dokumenti miżmuma għand l-Awtoritajiet Pubbliċi. L-Awtorità Pubblika tiddeċiedi dwar it-talba tiegħek fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol. Jekk ma tkunx sodisfatt/a bil-mod kif l-Awtorità Pubblika ħadet ħsieb it-talba tiegħek, l-Att dwar l-FOI jagħtik is-setgħa li teskala t-talba tiegħek lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. 
 
Kull Awtorità Pubblika ħatret uffiċjal tal-FOI li se jieħu ħsieb it-talbiet għal dokumenti sottomessi mill-pubbliku u jirrappreżenta l-Awtorità Pubblika fuq iċ-ċirkostanzi kollha relatati mal-Att dwar l-FOI. Għal-lista tal-Awtoritajiet Pubbliċi u l-uffiċjali tal-FOI tagħhom (dettalji ta’ kuntatt inklużi) agħfas Aġħfas hawn 
 
Sabiex issir implimentazzjoni korretta tal-Att u biex jiġu kkoordinati ċirkostanzi mal-gvern, ġiet imwaqqfa taqsima dedikata, Taqsima tal-Koordinament tal-Libertà tal-Informazzjoni (FOICU). Aktar informazzjoni fuq il-FOICU tista’ tinsab hawn
 
Jekk jogħġbok ikkonsulta mas-sezzjoni tal-FAQ dwar dan l-Att, sabiex tkun aktar konxju/a tad-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ din il-liġi. Aktar informazzjoni fuq kif tagħmel talba tista’ tinsab hawn​
 
IMPORTANTI – It-Taqsima tal-Koordinament tal-FOI taġġorna regolarment id-database tad-dettalji ta’ kuntatt kif stabbilita għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Att. Il-kontenut fis-sezzjoni tal-Listi ta’ Kuntatt tista’ tinbidel minn żmien għal żmien. Jekk l-ebda kuntatt mhu assenjat jew ma tistax tilħaq l-Awtorità Pubblika bl-imejl, jekk jogħġbok ibgħat il-mistoqsija jew it-talba tiegħek fuq foicu@gov.mt. 
 
Tista’ tikkuntattja lit-Taqsima tal-Koordinament tal-FOI fuq +356 2247 8200.​