It-Taqsima tal-Koordinament tal-Libertà tal-Informazzjoni (FOICU) ġiet imwaqqfa speċifikament għall-implimentazzjoni tal-Att dwar l-FOI. It-Taqsima tinsab fi ħdan id-Direttorat Strategy Support fil-Ministeru għall-Ġustizzja.
L-irwoli tat-Taqsima huma:
Taġixxi bħala grupp ta’ appoġġ għall-uffiċjali tal-FOI (FOIOs)
Tikkoordina l-implimentazzjoni tal-Att permezz tal-uffiċjali prinċipali tal-FOI (PFOIOs)
Tipprovdi direzzjoni ġenerali u linji gwida
Tinżamm sistema wiesa tal-IT
Twettaq taħriġ fejn hu neċessarju
Tippresiedi l-Forum tal-FOI (PFOIOS u l-Faċilitaturi)
Tippresiedi n-network tal-FOI (kull FOIOs inklużi l-PFOIOs)
Dettalji tat-Taqsima tal-Koordinament tal-FOI
Ministeru għall-Ġustizzja
Taqsima tal-Koordinament tal-FOI
280, Livell 3,
Triq ir-Repubblika,
Il-Belt Valletta
Dettalji tal-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data
Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data
2, Airways House,
Triq il-Kbira,
Tas-Sliema SLM 16
Malta
Dettalji tat-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data
Lis-Segretarju
Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data
158,
Triq il-Merkanti,
Valletta