Navigate Up
Sign In

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

Biex jikkoordina, jappoġġja u jissorvelja l-funzjonijiet ta’ numru ta’ oqsma fis-settur tal-ġustizzja li huma taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Ġustizzja.  

Għanijiet
 
    • biex jipprovdi appoġġ u pariri lill-Ministeru responsabbli għall-Ġustizzja dwar kwistjonijiet relatati mal-oqsma tal-ġustizzja;
    • biex jipprovdi servizzi ta' appoġġ lil entitajiet fis-sistema tal-ġustizzja;
    • biex jiġbor u jżomm reġistru aġġornat ta' persuni interessati li jservu bħala esperti tal-qorti;
    • biex jipproċessa l-applikazzjonijiet taħt obbligi statutorji u mhux statutorji;
    • biex jikkoordina fuq kwistjonijiet relatati mal-appoġġ lill-vittmi ta’ kriminalità;
    • biex jirrevedi u jirrapporta dwar il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-qrati u t-tribunali involuti fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja u biex jiġbor, iżomm u janalizza l-istatistika relatata mal-istess;
    • biex jikkoordina ma’ kwalunkwe kummissjoni, tribunal, dipartiment jew entità oħra dwar kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja;
    • biex jiffaċilita l-ħatra jew il-ħatra mill-ġdid ta’ Presidenti u Membri fuq Bordijiet u Tribunali relatati mas-settur tal-ġustizzja;
    • biex imexxi l-implimentazzjoni ta’ proġetti u inizjattivi li jaqgħu taħt il-mandat tad-Dipartiment;
    • biex jimmonitorja t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea;​
    • biex jipproponi u jidħol għal proġetti intiżi li jtejbu l-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema tal-ġustizzja.
 

Dettalji ta' Kuntatt:

 Dipartiment tal-Ġustizzja 
14, Triq is-Suq,
Floriana FRN 1082
Malta
 
 Telefown
+356 23279400
 
 Imejl