Navigate Up
Sign In

FAQs

​Mistoqsija. Nista' nsegwi l-istatus tal-Każijiet Ċivili tiegħi onlajn? 
Tweġiba. Iva, tista' tidħol fuq www.ecourts.gov.mt bl-eID tiegħek u tagħfas fuq Kawżi Ċivili Tiegħi biex tkompli. 

​Mistoqsija. Nista' nsegwi l-istatus tal-Atti tiegħi onlajn? 
Tweġiba. Iva, tista' tidħol fuq www.ecourts.gov.mt bl-eID tiegħek u tagħfas fuq Atti Tiegħi biex tkompli.

Mistoqsija. Għal min nista' nirreferi jekk fl-opinjoni tiegħi naħseb illi l-informazzjoni personali tiegħi li qed tinżamm mill-gvern hija inkorretta jew mhux kompluta?

Tweġiba. Tista' tirreferi għand id-DPO tal-Ministeru tal-Ġustizzja bl-imejl fuq dpo.justice@gov.mt jew bit-telefown fuq +356 2247 9925. Tista' wkoll tirreferi għad-dokument Politika tal-Privatezza.  

Mistoqsija. Kif nista' ninnotifika dwar ksur tad-dejta personali?

Tweġiba. Tista' tagħmel kuntatt mal-Kummissjarju għall-informazzjoni u Protezzjoni tad-Dejta​

Mistoqsija. Fejn nista' naċċessa l-leġiżlazzjoni Maltija?

Tweġiba. Fuq il-websajt tal-leġiżlazzjoni​ ssib il-kapitoli konsolidati kollha tal-Liġijiet ta' Malta, inkluża l-leġiżlazzjoni sussidjarja tagħhom u wkoll pubblikazzjonijiet legali inklużi Atti, Avviżi Legali u Bye-Laws fit-taqsima 'Publikazzjonijiet'.

Mistoqsija. Kif nista' nfittex dokumenti ta' leġiżlazzjoni speċifiċi?

Tweġiba. Leġiżlazzjoni.mt tipprovdi modi differenti ta' kif tista' tfittex dokumenti speċifiċi tal-leġiżlazzjoni. Fuq kull paġna tal-websajt tista' tuża l-kaxxa tat-tfittxija 'Fittex Malajr' sabiex tfittex skond in-numru tal-kapitolu jew it-test fit-titlu. Alternattivament, tista' tuża t-tfittxija avvanzata għal filtrazzjoni avvanzata skont it-tipi ta' dokumenti u diversi kriterji oħra ta' tfittxija.

Mistoqsija. Kif tfittex leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea?

Tweġiba. Wieħed jista' jew ifittex direttament permezz tal-Eur-Lex fuq din il-link jew fuq il-websajt tal-leġiżlazzjoni Maltija​.

Mistoqsija. X'irrid nagħmel biex nippreżenta rikors sabiex jitressaq quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva?

Tweġiba. Rikors quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Amministrattiva jiġi ppreżentat minn Avukat jew Prokuratur Legali biss. Tista' taċċessa l-formola fuq is-sit tal-eCourts. Informazzjoni dettaljata tista' wkoll tiġi aċċessata mis-sit tal-Business First​. Il-karatteristika 'Salva Temporanjament' hija wkoll attivata għal benefiċċju tal-applikant.

​Mistoqsija. Kif nista' nikkuntattja lill-Ministeru biex nistaqsi xi ħaġa jew nagħmel ilment dwar is-servizzi tagħkom?Tweġiba. Jekk tixtieq titkellem ma’ wieħed mir-rappreżentati tagħna fuq il-midja soċjali rigward kwalunkwe għajnuna relatata mas-servizzi tagħna, tista’ tagħmel dan billi tiktbilna fuq il-paġni elenkati fil paġna tal-Midja Soċjali fuq dan is-sit jew dirett fuq Messenger.



Gwida bil-Vidjows
Jekk jogħġbok segwi dawn il-vidjows ta' hawn taħt jekk għandek bżonn għajnuna biex taċċessa xi wahda minn dawn is-sezzjonijiet msemmija hawn taħt:


​​   Atti Nutarili

​        Toħloq kont jew biex tidhol fil-kont tiegħek: Agħfas hawn għal vidjow

        Tfittxija tal-atti nutariliAgħfas hawn għal vidjow

        Użu ta' ħlas meta tixtri kopji ta' atti nutarili ta' spiss: Agħfas hawn għal vidjow

​        Ara l-'cart' u pproċedi għall-ħlas: Agħfas hawn għal vidjow

​​   Leġiżlazzjoni Malta

​        Liġijiet Konsolidati: Agħfas hawn għal vidjow

        PublikazzjonijietAgħfas hawn għal vidjow

        Liġi tal-Unjoni EwropeaAgħfas hawn għal vidjow

​        Tfittxija Avvanzata: Agħfas hawn għal vidjow

​​   eCourts

​        Każijiet Ċivili: Agħfas hawn għal vidjow

        Informazzjoni ĠeneraliAgħfas hawn għal vidjow

        SentenziAgħfas hawn għal vidjow

​        Notifiki bil-Mowbajl: Agħfas hawn għal vidjow

​        Atti Tiegħi: Agħfas hawn għal vidjow

        Każijiet Ċivili TiegħiAgħfas hawn għal vidjow

​​

Għandek ilment jew tixtieq tagħti suġġeriment?

Ibgħatilna l-opinjoni tiegħek dwar is-servizz ipprovdut jew jekk teħtieġ għajnuna fit-taqsima 'Għidilna x'Taħseb' u naċċertawkom li sussegwentement nindirizzaw u nieħdu azzjoni meħtieġa.

Agħfas hawn biex taċċessa il-formola tas-suġġerimenti.

Sapport Live fuq Facebook

Sapport live dwar kull informazzjoni li teħtieġ huwa disponibbli fuq facebook

facebook 

 

Sapport Live fuq servizz.gov

​Sapport Live dwar kull informazzjoni li teħtieġ huwa disponibbli fuq servizz.gov 


servizz.gov 
 

Dettalji Ta' Kuntatt:


Ministeru Għall-Ġustizzja u L-Governanza
Auberge D'Aragon,
Misraħ Indipendenza,
Il-Belt Valletta, VLT 1521
Malta
 
Telefown

Imejl
 
Sit