Navigate Up
Sign In

Segretarju Parlamentari Għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Publika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali

Onor. Dr Deo Debattista

Deo Debattista twieled fl-24 ta ' Lulju 1963. Qatta’ t-tfulija tiegħu fil-Belt Valletta, flimkien mal-ġenituri tiegħu, Carmen u John, u ħuh iż-żgħir Charles. Huwa kiseb l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir fil-Belt Valletta. Huwa ggradwa mill-Università ta' Malta b'dottorat fil-mediċina u l-kirurġija fl-1988. Fl-1990, huwa żżewweġ lil Monica, u flimkien huma l-ġenituri kburin ta ' Andre u Emma. L-interessi tiegħu huma qari, żfin, arti u l-mużika klassika li huwa jisma' bħala mezz ta ' rilassament. Huwa wkoll entużjast tal-futbol.

Tabib tal-familja għal-iktar minn tletin sena, Deo Debattista dejjem emmen li l-ћtiġiet ħolistiċi taċ-ċittadin b' mod speċjali mil-lat soċjali u tas-saħħa għandhom jiġu mħarsa. Dr Debattista daħal fix-xena politika bl-intenzjoni li jkun ta’ servizz għaċ-ċittadini billi jiżgura li kull wieħed u waħda minnhom jilħqu l-aħjar ħiliet tagħhom.

Dr Debattista ġie elett l-ewwel darba fil-Parlament fl-2013 mill-ewwel distrett li huwa magħmul mir-residenti tal-Belt Valletta, il-Furjana, Ħamrun, il-Marsa, tal-Pieta’ u Santa Venera. Huwa serva bħala Membru fil- Kunsill ta' l-Ewropa. Kif ukoll bħala Chairman fil-Kumitat Parlamentari ta’ Valletta 2018. F' Awwissu 2013, Dr Debattista nħatar bħala President tal-Awtorità Maltija dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol. F'Ġunju 2017, wara li reġa' ġie elett, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatru Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Valletta 2018 u l-Affarijiet tal-Konsumatur. Preżentament Dr Debattista huwa responsabbli mill-Awtorità Maltija dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), l-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini, in-Network ta ' Malta tal-laboratorji, il-Bord Nazzjonali ta' akkreditament u d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni. Qabel ġie elett fil-Parlament, huwa serva bħala tabib b'mod speċjali fil-Belt Valletta, il-Ħamrun, il-Furjana, il-Marsa, Santa Venera, tal-Pieta’, L-Imsida u kull fejn kienu meħtieġa s-servizzi tiegħu.


Dettalji ta' Kuntatt:
      30,
      Triq it-Tezorerija
      Valletta, Malta
 Telefown  

 
 Imejl

SOCIAL MEDIA LINKS:​