Navigate Up
Sign In

Bord Nazzjonali tal-Akkreditazzjoni​

Il-Bord Nazzjonali tal-Akkreditazzjoni ta' Malta (NAB-MALTA), huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-akkreditazzjoni ta' tipi varji ta' organizzazzjonijiet imsejħa kollettivament bħala Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità. Dawn jinkludu laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, korpi tal-ispezzjoni u korpi ta' ċertifikazzjoni. L-akkreditazzjoni hija l-proċess biex tiġi stabbilita l-kompetenza teknika ta' dawn l-organizzazzjonijiet permezz ta' valutazzjoni fuq il-post permezz tal-użu ta' standards miftiehma internazzjonalment bħall-ISO17025 għal-laboratorji tal-ittestjar. 

NAB-MALTA jopera sistema li hu konformi mar-Regolament (KE) 765/2008 u l-ISO / IEC17011. Huwa membru sħiħ tal-Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni u bħalissa huwa EA MLA (Ftehim Multilaterali) firmatarju għall-ittestjar u l-kalibrazzjoni. Dan jippermetti li r-riżultati maħruġa mil-laboratorji akkreditati min-NAB-MALTA jkollhom għarfien sħiħ minn pajjiżi oħra li huma firmatarji tal-EA MLA.​

Indirizz:

 
​​Bord Nazzjonali tal-Akkreditazzjoni

Livell 1, Mizzi House
Triq Nazzjonali
Blata l-Bajda

Telefown:   +356 2395 2510
Imejl:         info@nabmalta.org.mt
Sit:            www.nabmalta.org.mt

​​​​

Dettalji ta' kuntatt:

  
  Bord Nazzjonali 
  ta' l-Akkreditazzjoni
  Livell 1, Mizzi House
  Triq Nazzjonali
  Blata l-Bajda
   Ara il-mappa​

 Telefown

 Imejl
​​​